L-Erbgħa li ġej se ssir ċerimonja ta’ tqegħid ta’ fjuri mal-monument li jfakkar fil-mewt ta’ Karin Grech.
It-tqegħid ta’ fjuri, ħdejn il-mafkar ta’ Karin fil-ġnien iddedikat għaliha, se jsir fost oħrajn mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Il-ġnien jinsab fi Triq Rihan, kantuniera ma’ Triq l-Iskola f’San Ġwann. Wara ċ-ċermonja simbolika se ssir quddiesa fil-Knisja Parrokjali Madonna ta’ Lourdes f’San Ġwann.
Kiren Grech kienet it-tifla tal-Professur Edwin Grech, li kien il-Kap tad-Dipartiment tal-Osteriċja u Ġinekoloġija fl-Isptar St Lukes. Karen kienet tilfet ħajjitha fl-età tenera ta’ 15-il sena fit-28 ta’ Diċembru tas-sena 1977 kawża ta’ bomba ittra li kienet indirizzata lil missierha.