Karen Mercieca, LSA li kienet akkużata li abbużat studenta b’ddifikultajiet fit-tagħlim, inħelset minn kull akkuża mill-Qorti tal-Appelli.
Mercieca kienet diġà nstabet mhux ħatja fl-2015, bl-akkużi jkunu li l-għalliema ta’ 35 sena mill-Qala abbużat minn studenta ta’ 11-il sena. Kienet akkużata wkoll b’attakk indiċenti jew vjolenti fuq l-istudenta u li offendiet il-morali pubbliċi waqt ħidmietha l-iskola primarja ta’ Għajnsielem. Kien sar rapport minn żewġ membri tal-APPOĠĠ li kienu tkellmu ma’ dik li kellha tkun il-vittma. L-għalliema kienet ċaħdet l-akkużi mill-bidu nett, u filfatt kien instab li l-verżjonijiet tat-tifla kienu inkonsistenti.
Wara li nħelset mill-akkużi, appella l-Avukat Ġenerali.
Il-Malta Union of Teachers (MUT) innotat b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Qorti llum u rringrazzjat lil dawk kollha u wrew l-appoġġ tagħhom. Qalet li l-pass il jmiss hwua li l-għalliema tintegra ruħha mill-ġdid u tingħata kumpens għall-pagi kollha li tilfet dawn l-aħħar ħames snin. L-MUT qalet li meta ngħatat l-ewwel sentenza, wieħed kien jittama li kienet opportunità ta’ tagħlim għall-kulħadd, u mhux li l-istorja tirrepeti ruħha.