Il-Knisja hija maħsuda bir-riżenja tal-Kardinal Ġermaniż Reinhard Marx, hekk kif iddikjara li se jerfa’ r-responsabbilità tal-każijiet ta’ abbuż sesswali minn qasissin Ġermaniżi.
Il-Kardinal u l-Arċisqof ta’ Munich għamel dan wara li investigazzjoni dwar dawn l-abbużi wriet xi nuqqasijiet ġejjin mill-awtoritajiet fil-Knisja fil-Ġermanja.
Ftit tal-jiem ilu l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku ħatar inkjesta mill-Vatikan u bagħat żewġ rappreżentanti tiegħu biex jinvestigaw il-Knisja f’Cologne.
Ir-rapporti qed jgħidu li l-Kardinal Marx ma kienx involut f’dawn l-abbużi, iżda saħaq li jrid iġorr dan l-iskandlu fuq spallejh.
Sa issa l-Papa għadu ma laqax it-talba ta’ Marx.