Il-Kardinal Angelo Becciu flimkien ma’ disa’ persuni oħra tressqu l-Qorti fil-Vatikan akkużati li għamlu uża ħazin minn fondi tal-Knisja.
Fost dawn hemm investiment ta’ 400 miljun dollaru f’dar f’Londra.
Preżenti fl-awla kien hemm biss il-Kardinal Becciu u s-segretarju tiegħu, Father Mauro Carlino.
Il-każ imur lura għal 2013, meta fondi mis-Santa Sede ntużaw sabiex inxtrat dar f’Londra li nbidlet f’kumpless lussuż.