Il-Pharmacy of Your Choice – POYC, qegħdin jimxu dejjem aktar lejn sistema aktar teknoloġika. Fil-fatt, minn din is-sena, minflok il-paper based patient voucher, qed tinbidel għal POYC scheme membership card.
Din il-card, simili għal card tal-bank, li se tkun valida għal tliet snin, qed titwassal direttament fl-ispiżerija li l-pazjent ikun abbinat magħha, meta tkun waslet biex jagħlaq il-voucher tal-POYC. Mill-bidu tas-sena s’issa, diġàntbagħtu madwar 40,000 membership cards. B’kollox, ser jitqassmu 150,000 card. Din is-sistema se twassal għal aktar effiċjenza u kumdità ghall-pazjenti meta jiġu biex jiġbru l-mediċini.
“Permezz ta’ din is-sistema se nkunu qegħdin imorru għal teknoloġija aktar elettronika li eventwalment tkun inkluża fl-e–prescription, riċetti tat-tabib elettroniċi direttament fuq il-POYC card,” qal il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne.
Fil-preżent, il-POYC għandha 150,000 pazjent membri magħha li jiġbru l-mediċini ntitolati għalihom f’waħda mill-ispiżeriji madwar Malta u Għawdex.
Ritratti: MFH