Karavan inħakem minn nirien tard ilbieraħ filgħaxija f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl neqsin kwart fi Triq il-Pwales f’San Pawl il-Baħar meta għal xi raġuni l-karavan inħakemm minn nirien.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.
Għadu mhux magħruf x’seta’ wassal għan-nirien.