Suċċess kbir għall-Assoċjazzjoni Maltija tal-Karate hekk kif l-atleta Thyis Antonelli rebħet il-midalja tad-deheb waqt it-tieni edizzjoni tal-International Sport School Federation (ISF) U15 Gymnasiade 2023 li saru f’Rio de Janeiro il-Brażil.
F’dan l-avveniment ħadu sehem aktar minn 2,000 atleta ta’ etajiet bejn it-13 u l-15-il sena. Huma ikkompetew fi 18-il dixxiplina differenti. Thyis kienet akkumpanjata mill-kowċ nazzjonali tal-Kumite Sensei Josef Antonelli.
Thysis Antonelli ħadet sehem fil-Kategorija U/15 Kumite +54 kg Cadet. Wara li ġiet l-ewwel fil-grupp hija ikkompetiet kontra atleta mill-Istati Uniti u hawn uriet il-ħiliet tagħha meta rebħet bi skor impressjonanti ta’ 8-1 u b’hekk rebħet id-deheb.
Dan is-suċċess juri mhux biss il-potenzjal ta’ din l-atleta żagħżugħa iżda wkoll il-progress li qed tagħmel l-Assoċjazzjoni tal-Karate. Il-parteċipazzjoni tagħha seħħet ukoll bl-għajnuna ta’ SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.
Issa Thyis Antonelli qed tħares b’ottimiżmu lejn il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta;=Karate li se jsiru ftit tal-ġimgħat oħra il-Lusemburgu.