Jidher li Michelle Obama ma tantx inkwetat wara li l-mara ta’ Donald Trump, Melania, fil-Konvenzjoni Nazzjonali Repubblikana kkuppjat parti mid-diskors li għamlet hi. Il-mara li ssoltu naraw f’laqgħat diplomatiċi u f’attivitajiet filantropiċi, qattgħat ħin lil hinn mid-dmirijiet uffiċjali tagħha u minflok intefgħat tkanta.
Waqt episodju tal-programm ‘The Late Late Show’ li jidher fuq CBS u huwa preżentat mill-preżentatur popolari James Corden, Michelle, tidher tisfen u tkanta diski differenti fosthom tal-kantanta Beyonce u ta’ Stevie Wonder.