L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar żewġ arċiprieti ġodda u kappillan.
Dun Mario Mangion se jibda jservi bħala arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi.
Huwa kien ġie ordnat saċerdot fl-1 ta’ Lulju 2007. L-ewwel esperjenza pastorali tiegħu kienet fil-Parroċċa taż-Żejtun, fejn serva bħala viċi-arċipriet għal tliet snin. Fl-2010 huwa nħatar kappillan tal-Parroċċa ta’ Marsaxlokk fejn serva għal dawn l-aħħar sitt snin.
Kan. Dun Anton Cassar ġie maħtur bħala arċipriet tal-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni, Bormla.
Dun Anton ġie ordnat saċerdot fit-8 ta’ Lulju 1988. Beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala viċi-arċipriet fil-Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun. Fl-1995 inħatar kappillan fil-Parroċċa ta’ Sant’ Anna, Wied il-Għajn, u fl-2005 inħatar arċipriet tal-parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi.
Kan. Dun Luke Seguna se jibda jservi bħala kappillan tal-Parroċċa tal-Madonna ta’ Pompei, Marsaxlokk.
Dun Luke ġie ordnat saċerdot fit-3 ta’ Lulju 2009. Beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala djaknu fil-Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq, u wara bħala viċi-kappillan fil-Parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar. Fl-2012 beda jservi bħala viċi-kappillan fil-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat, kif ukoll bħala rettur taż-żona pastorali tan-Nigret.