Il-Kuntrattur tal-Kappara se jkun qed jagħmel xogħlijiet strutturali minn taħt it-triq eżistenti bħala parti mill-proġett.
Għalhekk minn għada t-traffiku direzzjoni lejn il-Belt Valletta ser jgħaddi minn karreġġjata waħda. Dan l-arranġament tat-traffiku ser ikun kuljum wara d-9:00 ta’ filgħodu sakemm jinħareġ avviż ieħor.
Infakkru lis-sewwieqa li din hija żona ta’ kostruzzjoni b’limitu ta’ veloċità ta’ 30km/hr. Inħeġġu lis-sewwieqa biex jgħaddu minn toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq is-sit.