Wara s-suċċess tal-ġbir ta’ fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation mill-Kartolina għall-Istrina is-sena l-oħra, MaltaPost ser terġa’ tniedi l-edizzjoni speċjali ta’ kartolini tal-Milied.
MaltaPost ħadet din l-inizjattiva biex tgħin il-fondazzjoni li bħalissa qed tesperjenza sfidi finanzjarji. Il-Malta Community Chest Fund Foundation, fost l-oħrajn tipprovdi għajnuna finanzjarja u appoġġ lil persuni b’mard kroniku u b’diżabilita’ u tġeġġeġ solidarjeta’ mill-Maltin u l-Għawdxin.
Dan is-sett fih 8 kartolini b’disinji differenti tal-Milied li jolqtu l-gosti ta’ kulħadd. Is-sett fih kartolini li juru xeni mill-kapolavur tan-Nativita’ ta’ Giuseppe Cali fil-Knisja ta’ Ġesu Salvatur f’Ħal-Lija. Is-sett fih ukoll xeni minn pitturi klassi u arti moderna ta’ żewġ artisti lokali: Alison Agius u Claire Marie Medati Stride
Is-sett ‘Kartolina tal-Milied għall-Istrina’ jinsab għal bejgħ mill-fergħat postali kif ukoll online fuq www.maltapost.com/christmascards għall-prezz ta’ €5 kull pakkett.