Dejjem kont inħossni ċittadin tat-tieni klassi. Kont imweġġa’ meta għaddiet il-liġi tal-Unjoni Ċivili, għaliex il-Partit li jiena kont nemmen fih, astejna.
Dan kien is-sentiment li bih tkellem David Bajada f’intervista esklussiva fil-programm il-Ġimgħa fi Pjazza.
Bajada, li qal li se jiżżewweġ lill-partner tiegħu Jason iktar tard din is-sena, qal li minn dejjem kien iħossu inqas minn ħaddieħor, ċittadin tat-tieni klassi, li l-partit li tant kien jemmen fih, għażel li ma jikkummentax dwar liġi ta’ Unjoni Ċivili bejn persuni gay.