Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista jattendi l-ftuħ uffiċjali ta’ Leeuwarden-Friesland 2018, il-Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista irrappreżenta l-Gvern Malti waqt diskussjonijiet informali għall-okkażjoni tal-ftuħ tal- Kapitali Ewropea tal-Kultura Olandiża, Leeuwarden. Debattista kien akkumpanjat minn delegazzjoni mill-Fondazzjoni Valletta 2018, inkluż iċ-Chairman Jason Micallef.
Fost suġġetti diskussi ma’ rappreżentanti oħra minn Kapitali Ewropej tal-Kultura tal-passat u tal-futur, kien hemm il-kontribuzzjoni ta’ Malta lejn l-Unjoni Ewropea, l-importanza ta’ spazji komunitarji fil-programm ta’ Valletta 2018, u l-irwol tas-soċjetà f’ Kapitali Ewropea tal-Kultura. Leeuwarden ħadet it-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura flimkien mal-Belt Valletta.