Fl-2017, ir-riċerka ta’ Dr. Azzopardi Muscat ġiet rikonoxxuta mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.
Hija kienet President tal-Assoċjazzjoni Ewropea tas-Saħħa Pubblika.
Intant Dr Stephanie Xuereb inħatret bħala Kap Eżekuttiv tal-Isptar Monte Karmeli.
Fis-snin li għaddew hija ħadmet f’bosta setturi tas-Saħħa Pubblika.
Sitt snin ilu hija kienet President tat-tim tar-Riforma tas-Servizzi tas-Saħħa Mentali.
Filwaqt li l-eks Kap Eżekuttiv tal-isptar Monte Karmeli, is-Sur Stephen Sultana nħatar bħala Kap Eżekuttiv tal-isptar Sir Paul Boffa.
Huwa kien ilu Kap Eżekuttiv tal-isptar Monte Karmeli għal dawn l-aħħar tliet snin.
Ritratt: MFH