Malta se tkompli tkabbar il-kapaċità li taħżen il-fjuwils. Dan hekk kif tinsab f’qagħda strateġika f’nofs il-Mediterran u huwa kruċjali li jiġi mħares dan is-settur.
Waqt li kien qed jindirizza konferenza bħala parti mill-ħames kungress internazzjonali tal-LNG li qed jitlaqqa’ għall-ewwel darba f’pajjiżna, il-Ministru Joe Mizzi fakkar il-passi li pajjiżna ħa sabiex jeqleb għal enerġija nadifa fosthom il-qalba għal ġenerazzjoni mill-gass. Dan wara diċenji ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija minn sorsi li jħammġu – il-heavy fuel oil.
Mizzi qal kif minkejja li pajjiżna huwa ‘player’ ġdid fis-settur tal-LNG, Malta tista’ tkun il-punt bejn il-produtturi tal-enerġija fl-Afrika mal-konsumaturi fl-Ewropa. Spjega kif Malta qed tesplora opporunitajiet f’dan is-settur.