Ma’ kull jum li jgħaddi qed joħroġ dejjem aktar kemm Simon Busuttil huwa vendikattiv u bitter. Dan qalu l-Parti Laburista fi stqarrija.
Il-Partit innota li Busuttil illum reġa’ miss lill-Kummissarju tal-Pulzija. Kummissarju li filgħodu jfaħħru, wara nofsinhar jikkritikah u filgħaxija jkeċċih mingħajr notice.
Dan għax ma jagħmilx dak li jrid hu.
Il-lista tan-nies li jrid ikeċċi l-Kap tal-Oppożizzjoni sempliċiment għax ma jgħidux dak li jrid jisma’ hija turija tal-arroganzja, il-vendikazzjonijiet li qed jiddikjara li jagħmel minn issa u fuq kollox qed jikkonferma kemm huwa politiku li għax ma jilħaqx l-għeneb, jgħid li hu qares.
In-nies ma jridux dan.