“Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech jitkellem ħafna, iżda mbagħad ma għandu l-ebda idea. Din hija xi ħaġa li l-poplu Malti u Għawdxi qed jinnota u qed jifhem”, qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista stqarr li anke fuq l-ikbar budget fl-istorja, Grech mhux biss wera kemm m’għandux idea tal-ekonomija iżda kien iżolat fil-kritika tiegħu.
Il-Partit Laburista sostna li filwaqt li l-poplu Malti u Għawdxi u l-Korpi Kostitwiti kollha faħħru l-budget għas-sena d-dieħla, budget li huwa mmirat biex iħares l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin, jinċentiva ż-żgħir u jissalvagwardja l-impjiegi fi żmien ta’ sfidi li ħadd qatt ma għadda minnhom qabel, għal Bernard Grech, dan kien budget ta’ Gvern għajjien, b’miżuri ta’ malajr u li jara biss sal-ponta ta’ mnieħru.
“Għall-kuntrarju, dan il-Gvern mhuwiex Gvern tal-attakki. Dan hu Gvern li jwieġeb bil-ġid u x-xogħol, Gvern tal-ideat, onest, iffukat u li jimxi ta’ raġel mal-poplu tiegħu”, temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista.