“Il-konferenza tal-Partit Nazzjonalista dwar il-COVID-19 kienet diskors ieħor ta’ Kap tal-Oppożizzjoni li jinsab medhi fid-diskors partiġġjan, iżda li ma jipproponix soluzzjonijiet”, qal dan fi stqarrija il-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista sostna li b’differenza mill-Gvern li jaġixxi b’mod responsabbli fuq il-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa, il-Kap tal-Oppożizzjoni jibqa’ jara biss il-pandemija bħala għodda ta’ politika partiġġjana.
Fid-dagħdigħa negattiva tiegħu, Bernard Grech reġa’ kien negattiv għalkollox fuq il-pjan ta’ tilqim anke jekk pajjiżna huwa l-iktar pajjiż li qed ilaqqam nies ras għal ras, tenna l-Partit Laburista.
Id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni huwa xhieda oħra ta’ Kap li jieħu gost bid-deni u li m’għandu ebda apprezzament lejn l-awtoritajiet tas-saħħa u l-ħaddiema kollha fis-settur li qed jagħmlu l-almu kollu tagħhom.
“Li ried ikun kredibbli u ġewnin, Bernard Grech kien jinfexx f’appelli biex il-miżuri li riedu l-awtoritajiet tas-saħħa, ikunu osservati”, temm jgħid il-Partit Laburista.