Huwa ċar li l-Kap tal-Oppożizzjoni jinsab maqtugħ minn dak li għaddej madwaru meta minkejja li l-familji Maltin u Għawdxin mexjin ‘il quddiem u huma ottimisti wara perjodu iebes, il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jibqa’ jkun negattiv.
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li hemm differenza ċara wkoll bejn min iparla ħafna u min jaġixxi. Filwaqt li Adrian Delia mhedi jparla u jordna inkjesti barra fuqu nnifsu, il-Prim Ministru, mal-mument tal-ħatra tiegħu waqqaf kumitat biex jevalwa kuntratt mal-privat fil-qasam tas-saħħa biex b’hekk ikun assigurat l-aqwa interess tas-saħħa f’pajjiżna.
Dik hija d-differenza li qed tkun innotata.