Il-Prim Ministru Robert Abela qal li fid-diskors tal-lejla l-Kap tal-Oppożizzjoni wera li sejjer mill-ħażin għall-agħar.
Il-Prim Ministru sostna dan f’reazzjoni qasira lill-ġurnalisti hu u ħiereġ mill-Parlament wara d-diskors ta’ Bernard Grech li fih kompla jikkritika l-Budget.
Il-Prim Ministru ddeskriva d-diskors ta’ Bernard Grech bħala wieħed li wera biċ-ċar kemm hu maqtugħ mir-realtà u kemm saħansitra għadu lanqas fehem is-serjetà kbira li jitlob l-uffiċju tiegħu ta’ Kap tal-Oppożizzjoni, partikolarment f’mument ta’ daqstant sfidi.
Huwa qal li għada filgħaxija, fit-tweġiba tiegħu, se jkun qed jispjega r-rilevanza tal-viżjoni ekonomika u soċjali li l-Gvern għandu kemm għal-lum kif ukoll għas-snin li ġejjin.