Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li f’din il-gimgħa deher ċar kif l-unika ħaġa li qed iħares lejha Simon Busuttil , mhuwiex il-ġid tal-familji u n-negozji iżda il-mibegħda għal Joseph Muscat. Il-partit ta’ Salvu Mallia huwa partit ta’ tpattija u mhux partit li jaspira ikun fil-Gvern.
Il-PL qal li jidher ċar kif Simon Busuttil lest li jibqa għaddej b’din il-firda akkost ta’ kollox , irrispettivament minn dak li jgħidulu l-istituzzjonijiet ewropej u dawk Maltin. Infatti minkejja d- deciżjoni formali mill-Kummissjoni Ewropea li approvat il-proġett tal-enerġija, għal darb’oħra Busuttil għażel li ma jismax minn dan kollu u jibqa’ jkun iżolat meta jgħid li m’għandniex bżonn il-powerstation il-ġdida.
L-istqarrija tgħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma jismax ukoll mill-istituzzjonijiet Maltin, eżempju mill-Awditur Ġenerali li qal b’mod ċar li s-shadow Minister Jason Azzopardi ma mexiex b’governanza tajba meta ta l-art magħrufa bħala tal-Lowenbrau. Minkejja dan kollu Busutill għadu ma ħa l-ebda azzjoni.
Temmet tgħid li fid-dawl ta’ dan kollu inħallu l-poplu Malti jiddeċiedi min hu l-injorant jekk mhux il-Maltin u l-Għawdxin kollha , kif qal il-kandidat stilla tal-PN Salvu Mallia li ma ġiex ikkundanat mill-Kap tal-Oppożizzjoni, jew inkella min irid ipatti , jifred u ma jismax lill-istituzzjonijiet Ewropej u Maltin.