Il-Kap tal-Oppożizzjoni biddel il-pożizzjoni tiegħu fuq il-minimum wage diversi drabi.
Il-Partit Laburista qal li Simon Busuttil kiteb manifest elettorali wara l-ieħor mingħajr qatt ma semma żieda fil-minimum wage. Aparti minn hekk , fl-aħħar baġit li preżenta Gvern Nazzjonalista meta Simon Busuttil kien Viċi Kap tal-PN, il-minimum wage kienet ser tiġi intaxxata.
Issa f’temp ta’ ftit jiem wara li ġie preżentat il-baġit filli f’mistoqsijiet wara konferenza tal-aħbarijiet qal li l-minimum wage m’għandhiex tiżdied iżda għandna naraw li ħaddiema ta’ minimum wage javanżaw f’xogħol aħjar u filli malli ra r-reazzjoni tan-nies, biddel il-pożizzjoni u qal li jrid li l-minimum wage tiżdied.
B’differenza dan il-Gvern mill-ewwel sena tal-leġiżlatura neħħa t-taxxa fuq l-minimum wage, filwaqt li bil-baġit għas-sena d-dieħla tneħħiet it-taxxa fuq pensjoniet, miżura li ser tolqot 22,000 persuna . Apparti minn hekk, il-Gvern reġa’ żied il-pensjoni għat-tieni sena konsekuttiva, l-ewwel żewġ żidiet f’temp ta’25 sena. Kif ukoll dawk li huma fuq il-minimum wage ser jingħataw żieda f’allowance supplimentari , b’din il-mizura ser tolqot 27,000 persuna.
Il-Gvern ħabbar li d-Deputat Prim Ministru Louis Grech ser imexxi diskussjonijiet mal-istakeholders kollha dwar żieda fil-minimum wage biex tittieħed deċiżjoni. Filwaqt li wieħed ta’ min ifaħħar l-istakeholders li diġa’ ġew ‘il quddiem bil-proposti tagħhom, din id-diskussjoni tqajmet fl-ewwel lok għax in-nies jafu li dan hu Gvern li jisma’ u li jieħu azzjoni.
Il-Partit Laburista qal li llum il-poplu jaf li sejjer aħjar minn tliet snin u nofs ilu u ma jridx ireġġa’ l-arloġġ lura kif irid Simon Busuttil.
B’hekk Simon Busuttil hu inkonsistenti fuq il-minimum wage ukoll, kif ukoll bitter ghax qed jara li dan il-pajjiż qed javvanża ‘l quddiem , in-nies qed iħossuhom aħjar u qed iseħħu riformi bla preċedent li ma sarux meta hu kien jikteb il-manifesti elettorali u kien Viċi Kap tal-PN.