Il-Kap tal-Oppożizzjoni tal-Korea t’Isfel, Lee Jae-myung, ingħata daqqiet ta’ sikkina f’għonqu waqt konferenza tal-aħbrijiet fil-belt ta’ Busan.
Rapporti internazzjonali qed jgħidu li Lee, li tilef l-elezzjoni presidenzjali fl-2022 bi ftit voti, ġarrab xi ġrieħi fuq in-naħa tax-xellug ta’ għonqu pero t-tobba qalu li mhuwiex fil-periklu li jitlef ħajtu.
L-aggressur, li jiriżulta li hu raġel fuq il-ħamsinijiet, ġie arrestat fuq il-post. Jidher li hu resaq lejn Jae-myung u talbu jiffirmalu qabel m’għadda biex tah daqqa ta’ sikkina f’għonqu.
L-attakkant ġie arrestat immedjatament.