Wara li ngħatat l-aċċess mill-ħaddiem inkarigat mill-bieb, hija ttellgħet fuq fejn ġiet milqugħa mall-Assistent Kap tal-Iskola li akkumpanjat lill-mara sal-uffiċċju tal-Kap tal-Iskola. Kien hawn li l-mara li allegatament tiġi n-nanna tal-istudent allegatament agrediet lill-Kap tal-Iskola fejn ġibditilha xagħarha bil-konsegwenza li rwiet għonqha.
Malli seħħ il-każ, il-Kap tal-Iskola ingħatat l-ewwel għajnuna mill-kollegi fejn kien hemm min ħareġ lill-allegat aggressur barra.
ONE NEWS tkellem mal-Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Margarita Emile Vassallo fejn spjega dwar il-passi li jittieħdu b’rabta ma’ dan il-każ:
Meta jigri xi haga bhal din mill-ewwel jittiehdu azzjonijiet li naraw li s sigurta ta dawkkollha li hemm gol iskola, nagħmlu ir rapporti li hemm bzonn kemm jekk hemm bzonn għajnnuna medika, kemm jekk ikun hemm bzonn l-ghajnuna tla-pulizija f dan il kaz mill ewwel il pulizija intervjeniet u bdiet tinvestiga l-każ
Minkejja li l-Unjin tal-Għalliema l-MUT ikkundannat dan l-aġir li seħħ fil-konfront tal-kap tal-Iskola, l-Prinċipal tal-Kulleġġ qal, li l-unjin hija żbaljata li timplika li l-iskola kellha nuqqas ta’ miżuri tas-sigurta:
fl-iskejjel tal-kullegg hemm sistema li l-bibien ikunu magħluqin ġifieri min jitlob biex jidhol fl-iskola jidentifika ruhu umbad jinghata permess biex jidhol skont il-htiega. ahna nifthu l-bibien tal iskola biex nisimgħu lill-genituri u lill-qraba- biex ngħinu fejn ikun hemm bżonn
B’rabta mal-aggressjoni li seħħet it-Tlieta filgħodu, sorsi ta’ min jorbot fuqhom qalu lil-ONE NEWS li dwar l-istudent in kwistjoni ma kien hemm ebda problemi- la fl-imġieba u wisq anqas fl-iskola. Għalhek, għadu jrid jiġi stabbilit eżatt x’wassal għal din l-aggressjoni.
Fi stqarrija, l-Gvern ikkundanna dan l-attakk fuq il-Kap tal-Iskola fil-qadi ta’ dmirijitha u jitlob lill-awtoritajiet konċernati jieħdu l-passi kollha skont il-liġi.
L-MUT ħarġet tikkundanna din l-aggressjoni li saret fuq Kap ta’ Skola waqt il-qadi ta’ dmirijietha minn qarib ta’ student, liema aggressjoni wasslet biex saħansitra l-kap tal-iskola kellha tiddaħħal l-isptar.