Lorenzo Vella nħatar bħala l-Kap il-ġdid tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta.
Vella għandu esperjenza ta’ 15-il sena fl-Affarijiet Ewropej fi Brussell u fil-Lussemburgu, u anki fis-servizz pubbliku hawn Malta.
Bħalissa huwa r-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Kunsill tal-Ewropa fi Strasburgu.
Fi stqarrija mill-Kummissjoni Ewropea ntqal li Lorenzo Vella se jaġixxi bħala r-rappreżentant uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta taħt l-awtorità politika tal-President Ursula von der Leyen.