Malta hija stabbilita bħala hub tal-industrija tal-gaming.
Dan kien kliem il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Betsson, Jesper Svesson, f’intervista ma’ ONE News, hekk kif innota li Malta għandha infrastruttura b’saħħitha f’din l-industrija.
“In gaming we keep growing and I think for Malta, the challenge is to remain attractive because nowadays there are many licenses you get so you need to look at everything around the license to remain attractive for companies to invest in Malta. So far, Malta is doing that really well and it established as hub. I think that Malta has really a strong position and we hope that remain like this for a long period to come.”
Huwa sostna li minkejja li madwar l-Ewropa hawn kompetizzjoni f’din l-industrija, Malta stabbilixxiet ruħha bħala wieħed mill-pajjiżi ewlenin għal din l-industrija.
“Malta had established itself as a gaming hub and now has the infrastructure and the human capital, if you like, the skills and the knowledge.”
Skont l-aħħar rapport ukoll tal-Awtorità Maltija għal-Logħob, li ġie ppubblikat fil-gazzetta KullĦadd, fl-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet kien hemm żieda fil-valur tal-industrija tal-gaming ta’ aktar minn €183.5 miljun meta mqabbel mal-istess stess perjodu fl-2019 – is-sena ta’ qabel il-pandemija.
Dan hekk kif bejn Jannar u Ġunju tal-2022, din l-industrija kellha valur ta’ aktar minn €573 miljun, waqt li fl-ewwel sitt xhur tas-sena, il-valur ta’ din l-industrija kien ta’ kważi €389.5 miljun.
F’dan ir-rapport ħareġ ukoll li sa Ġunju tas-sena li għaddiet kien hemm irreġistrati aktar minn 10,861 ħaddiem f’din l-industrija.
Dan jammonta għal kważi 4,000 ħaddiem aktar, meta mqabbel mal-ammont ta’ ħaddiema rreġistrati fl-2019, fejn dak iż-żmien kien hemm aktar minn 7,011 ħaddiem.
It-tkabbir qawwi f’din l-industrija wasal fi żmien fi kriżi internazzjonali bla preċedent, kemm bil-pandemija u anki issa bil-gwerra fl-Ukrajna. Dan fl-istess żmien ukoll li Malta kienet iddaħħlet fil-lista l-griza tal-Financial Action Task Force, l-FATF.
Meta staqsejna lill-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija ewlenija tal-gaming f’pajjiżna dwar dan tal-aħħar, huwa qal li l-fatt li pajjiżna ħareġ f’qasir żmien ma tantx affettwa lill-pajjiżna b’mod negattiv.
“I think it was really encouraging to see how fast, Malta went out of the greylisting, so that means that today it is not an issue.”
ONE News tkellem ukoll mal-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri hekk kif spjega li l-Gvern bidel sfida f’opportunità, hekk kif f’dan is-settur issaħħu industriji ġodda li huma relatati ma’ din l-industrija fosthom il-video game devlopment u l-esports.
“Li huma żewġ setturi differenti mill-online gaming, però nafu li hemm ħafna similitarjiet u allura dawk il-plejers li diġa qegħdin joperaw fl-industrija tal-gaming ikollhom interess li anki jinvestu f’dawn l-industriji.”
B’kollox huwa kkalkulat li l-industrija tal-gaming tfisser 8% tal-valur miżjud gross tal-ekonomija Maltija.