Ricky David Hunkin mistenni jinħatar Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta.
Fi stqarrija, il-Bank qal li s-Sur Hunkin se jibda jokkupa l-kariga mill-ewwel ta’ Jannar li ġej.
Huwa se jieħu post Mario Mallia li wasal biex jirtira
Is-Sur Hunkin għandu esperjenza wiesgħa f’diversi oqsma fil-qasam bankarju internazzjonali, fejn ħadem ma’ banek ewlenin fir-Renju Unit u pajjiżi oħra f’dawn l-aħħar 40 sena.
Huwa għandu esperjenza estensiva fis-servizzi bankarji, ipoteki u tfaddil, ġestjoni tar-riskju, programmi ta’ tibdil u rinnovazzjoni kif ukoll fuq l-infrastruttura ta’ governanza korporattiva.
Hunkin ser ikun ukoll membru fil-bord tad-diretturi bħala direttur eżekuttiv filwaqt li l-kariga tiegħu ta’ Kap Eżekuttiv għad trid tiġi formalment approvata.