Jesmond Muscat inħatar il-Kap Eżekuttiv tal-Bord tal-Awtorità dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministeru għall-Ippjanar, li ħabbret ukoll li l-Kap Eżekuttiv preżenti, Karl Azzopardi, temm il-ħatra tiegħu.
Il-Ministru għax-Xogħijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi, irringrazzja lill Azzopardi għall-ħidma tiegħu u awgura lil Muscat għall-ħatra tiegħu.
Jesmond Muscat għandu karriera twila fil-qasam tal-ippjanar u tal-kostruzzjoni u ħadem għal snin twal f’diversi taqsimiet tal-Awtorità tal-Ippjanar u tal-Awtorità tat-Trasport.