Fil-Kamra tar-Rappreżentati Amerikana għaddeja minn fażi ta’ kaos minħabba diżgwid bejn ir-rappreżentanti Repubblikani, hekk kif sa issa fallew sitt darbiet milli jeleġġu speaker.
Minkejja jumejn ta’ negozjati minn wara l-kwinti bejn ir-Repubblikani u d-Demokratiċi, ma sar ebda progress biex jimtela’ l-irwol ta’ speaker tal-kamra.
Dan minkejja li r-Repubblikani għandhom maġġoranza fil-Kamra tar-Rappreżentanti. Id-diżgwid oriġina minħabba fazzjoni fil-Partit Repubblikan li ma tridx tagħti s-sapport tagħha lil Kevin McCarthy.
Dan id-diżgwid se jidħol fit-tielet jum tiegħu, f’dik li qed tiġi deskritta bħala l-itwal votazzjoni għal speaker Amerikan f’aktar minn seklu.