Il-kanzunetta bl-isem ta’ Anġlu Ħaj titkellem fuq id-dulur li l-omm tħoss meta xi ħadd minn uliedha jiġi nieqes. Chan Vella kienet il-produttur ta’ din id-diska li ġiet interpretata minn Kurt Anthony flimkien mal-Ekklessia Sisters.
F’din il-kanzunetta wieħed jista’ jisma’ djalogu bejn ommu iben fejn l-iben jibqa’ jinsisti li ommu għandha tkompli tarma u żżejjen għall-festi tal-Milied. Dan filwaqt li jgħid lil ommu sabiex tieħu ħsieb saħħitha u tkompli tgħix għaliex hu ser ikun qed iħarisha mill-ġenna mal-anġli l-oħrajn li ġew nieqsa matul is-snin.
Din id-diska b’mod speċjali ddedikata għal dawk il-ġenituri li ser iħossu n-nuqqas ta’ wliedhom dan il-Milied.