Il-kanzunetta Dai Laga ġie allegat fuq il-midja lokali u internazzjonali li setgħet marret kontra r-regolamenti tal-European Broadcasting Union (EBU) li huma l-organizzaturi tal-Eurovision Song Contest u għalhekk il-PBS talbet lill-kompozitur jissottometti verzjoni gdida tal-kanzunetta.
L-‘istem’ jew ‘sample’ partikolari kellha titneħħa jew tiġi mibdula bi strumentazzjoni ġdida.
Din il-verzjoni l-ġdida ġiet sottomessa lill-PBS mill-awtur tal-kanzunetta llum stess. Dan intqal fi stqarrija li ħarġet mill-PBS.