Kanzunetta dwar l-IVF u l-iffriżar tal-embrijuni ħolqot kontroversja, bil-kantant li interpretaha jiddefendi ruħu billi qal li ma ried joffendi lil ħadd.
Aleandro Pace Tahir spiċċa Kkritikat għall-fatt li diversi raw il-viżwal li ntuża mal-kanzunetta f’kuntest żbaljat.
Dik li kellha tkun kanzunetta fl-Għanja tal-Poplu iżda m’għaddietx spiċċat ħolqot kontroversja liema bħala.
Din hija l-kanzunetta Iffriżjat interpretata minn Aleandro Pace Tahir, bi kliem ta’ George Cassar.
Fl-aħħar jiem Pace Tahir rċieva kliem pożittiv iżda daqstant ieħor kritika qawwija.
Dan minħabba li bosta ħassewhom offiżi b’din il-kanzunetta li titkellem dwar l-IVF.
Il-kantant tkellem ma’ dan l-istazzjon fejn spjega eżatt x’hemm wara l-kanzunetta u kif huwa m’huwiex kontra l-IVF iżda kontra l-iffriżar tal-embrijuni.
Diversi koppji li għaddew minn trawma għax ma setax ikollhom it-tfal u riżultat tal-IVF issa qed igawdu mill-ferħ li jġibu l-ulied rrimarkaw li l-kanzunetta tibgħat messaġġ ħażin f’kuntest totalment żbaljat.
Dan minħabba l-fatt li fil-filmat tal-kanzunetta jintwera fetu flok embrijun iżda għal dan, il-kantant Aleandro Pace Tahir wieġeb hekk.
Fil-futur qrib il-Gvern se jressaq liġi ġdida tal-IVF biex il-fertilità assistita tkun tista’ ssir b’mod aktar inklussiv ħalli tinqata’ d-diskriminazzjoni bejn mara u mara b’orjentazzjoni sesswali differenti.
Hu stmat ukoll li sa l-aħħar tas-sena mistennija jitwieldu mill-inqas ħamsa u tletin tarbija oħra permezz tal-IVF.