Wara s-suċċess bil-kanzunetta ‘Across the Borderline’, fis-sajf ta’ sentejn ilu – kanzunetta li għamlet numru ta’ ġimgħat fil-quċċata tal-klassifika mużikali Maltija – il-band lokali ‘Different Minds’ ħarġet diska ġdida bl-isem ‘Helping Hand’.
Il-kantant tal-band, Robert G, tkellem dwar il-messaġġ li xtaqu jwasslu permezz ta’ dan ix-xogħol, li ġie ispirat mid-daqqa ta’ id li lkoll kellna bżonn fl-eqqel perjodu tal-pandemija.
Robert stqarr, “Helping Hand iġġenerat ruħha, meta ktibtha kien żmien ta’ pandemija, li fil-ħajja li beda jigri kulħadd kellu l-bżonn dik id-daqqa ta’ id. Jiġifieri minn hemm inkitbet id-diska, poġġejt bilqiegħda, ma nafx kif ġiet il-muża dak il-ħin u minn hemmhekk inħolqot id-diska ‘Helping Hand’.”
Il-gigs tal-band ‘Different Minds’ huma magħrufa għall-istil versatili li jwasslu lil dawk li jkunu preżenti għalihom. Matul is-snin, id-‘Different Minds’ ippreżentaw lill-pubbliku Malti xogħlijiet originali li jinkludu, fost l-oħrajn, diski bħal ‘I can change’, ‘Only on His Way’, u ‘Across the Borderline’.
Dwar l-istil mużikali tal-band, Robert G. qalilna li l-band iddoqq, fost oħrajn, l-alternative/indie pop rock ta’ kull ġeneru.
Għall-ġejjieni. il-band ‘Different Minds’ qed tippjana li toħroġ album, li x-xogħol fuqu miexi ġmielu.
Rabert qal, “Il-mużika qiegħda rock, hija British rock. Fil-ġejjieni hemm xi singles oħrajn. Fil-fatt, hemm ukoll album imsemmi għall-futur. L-album huwa diġà nofsu miktub, lest, jiġifieri kemm jitlaq.”