Il-kantant Kanye West nieda uffiċjalment il-kampanja tiegħu bit-tema Birthday Party għall-elezzjoni Presidenzjal tal-Istati Uniti. West nieda din il-kampanja b’rally f’South Carolina.
Waqt ir-rally, ir-rapper ta’ 43 sena u li huwa r-raġel ta’ Kim Kardashian, tkellem dwar ħafna affarijiet fosthom l-abort.
Bid-dmugħ f’għajnejh huwa qal li l-ġenituri tiegħu kien ser jagħmlu abort lilu minħabba li missieru kien impenjat wisq. Huwa qal li kieku dan seħħ, Kanye West ma jeżistix.
Diversi ammiraturi tiegħu jemmnu li d-deċiżjoni li jitfa’ l-kandidatura tiegħu fl-aħħar minuta hija purament stunt ta’ promozzjoni għalih innifsu.