L-istilla tar-rap Amerikan, Kanye West, ħabbar li se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni presidenzjali fl-Amerika li mistennija ssir fit-3 ta’ Novemru li ġej.
Huwa ħabbar dan permezz ta’ post fuq Twitter hekk kif fuq il-midja soċjali għandu ‘l fuq minn 29 miljun persuna ssegwih. West għandu s-support tal-biljunarju Elon Mask, fejn irrisponda lil West li għandu s-sapport kollu tiegħu.
Madanakollu, għadu mhux ċar jekk isem Kanye West hux se jkun fuq il-karta tal-vot erba’ xhur oħra.