Il-grupp mużikali, Kantera, nedew kanzunetta ġdida bl-isem ta’ Mis-Sema ‘l Isfel.
Il-kanzunetta hija miktuba min Kantera flimkien ma’ Joe Julian Farrugia.
It-tema ta’ din il-kanzunetta tirrigwardja mal-ħajja mgħaġla li ngħixu u xi kultant niġru wara il-ħin u nikkumplikaw il-ħajja għax qatt m’aħna kuntenti b’dak li għandna.
Il-kanzunetta tispjega dwar kemm hu sew li ngħixu il-mument bis-sempliċità għax illum hawn u għada ma’ nafux x’ser jiġri.
Għalhekk kanta u kun pożittiv, il-jiem tiegħek jisbieħu u kif, għax mis-sema ‘l isfel kulħadd l-istess.