Il-kantanta Maltija Christina Magrin kantat fuq il-palk ewlieni tat-Teatro Comunale di Vicenza fejn kellha rispons pożittiv minn professjonisti kemm mill-Italja kif ukoll minn pajjiżi oħra. Diversi gazzetti Taljani wkoll faħħru lil Christina għat-talent tagħha.

Christina , li għandha 18-il sena, ħadet sena sabbatika mill-istudji akkademiċi tagħha u marret Ruma sabiex tipperfezzjona l-kapaċitajiet tagħha mhux biss fil-kant iżda wkoll fiż-żfin u fid-drama.

F’din ir-rappreżentazzjoni ta’ opra pop moderna, li saret fit-12 ta’ Mejju, Christina qasmet il-palk flimkien ma’ Flora Contraffatto, Roberto Luigi Mauro, u Alessandro Onorati, taħt id-direzzjoni ta’ Monique Pepi.
Christina kantat ukoll f’diversi teatri oħrajn fl-Italja u madwar l-Ewropa.