Il-kantanta tal-mużika tradizzjonali fir-Repubblika Ċeka, Hana Horka ta’ 57 sena mietet bil-virus tal-Covid-19.
Binha qal mal-midja internazzjonali, kif Horka ma tlaqqmitx għal kontra l-Covid-19 u qal kif hija ħadet il-virus apposta, mingħandu u żewġha, biex ikollha ċertifikat tal-vaċċin validu.
Dan biex hija tkun tista’ tattendi għal ċertu attivitajiet.
Binha qal kif ħadet il-virus apposta, biex ikollha inqas restrizzjonijiet.
Mal-midja internazzjonali, iben Hana Horka qal kif il-Ħadd filgħodu hija qamet b’saħħitha, iżda imbagħad mad-daqqa u l-ħin daharha beda juġagħha u marret lura fis-sodda.
Spjega kif f’temp ta’ għaxar minuti hija ħalliet din id-dinja.
Qal kif huwa kien inkwetat dwar ommu hekk kif hija emmnet affarijiet mingħajr evidenza li hemm fuq il-midja soċjali dwar it-tilqim.