Il-kantanta Ally Brooke, li tifforma parti mill-grupp Fifth Harmony lbieraħ poġġiet ritratt tagħha nnifisha fuq il-midja soċjali liebsa tibdila li ġiet iddisinjata mill-figuristi Maltin Charles&Ron.
Kien propju fuq Instagram li poġġiet żewġ ritratti b’din it-tibdila fejn fuq l-ewwel wieħed, s’issa, għandha aktar minn 89,000 like u kważi elf kumment ta’ tifħir.
It-tibdila li kienet liebsa hi libsa gustuża blu skura b’għadd ta’ kuruni fuqha li libset f’Nashville, Tennessee.
Charles&Ron huma żewġ stilisti Maltin li jinkorporaw il-ħajja Mediterranja fl-iddisinjar tat-tibdiliet li joħolqu.
Għal dawn l-aħħar 14-il sena huma ħadu sehem f’diversi avvenimenti tal-moda prestiġġjużi u saħansitra huma l-moħħ wara t-tifkira li ngħatat lid-delegati minn membri stati oħra għal din il-Presidenza Maltija. Dan hekk kif ġew prodotti madwar 26,000 ingravata u 14,000 xalpa li ħafna minnhom qed jintlibsu wkoll mill-uffiċjali tal-Presidenza Maltija.