Il-kantawtriċi Maltija, Martina Cutajar, li għandha sbatax-il sena, issa se tkun qed taħdem mad-dar tal-produzzjoni, Joseba Publishing, f’Ruma.
Hija nediet l-ewwel kanzunetta tagħha fl-Italja, f’Ġunju, bl-isem ta’ Rise Up.
Martina mhux biss kitbet il-lirika, iżda wkoll ikkomponiet il-mużika, flimkien ma’ Giovanni Segreti Bruno.
Din il-kanzunetta diġà kisbet post ukoll, f’diversi klassifiċi Taljani kif ukoll Maltin.
Cutajar ilha tkanta mill-età ta’ 7 snin, filwaqt li ddoqq ukoll il-pjanu.
Hija ħadet sehem ukoll f’diversi konkorsi lokali u internazzjonali, fejn fost l-oħrajn fl-2019, rebħet il-festival Taljan ‘Talent World Contest’.