Ikompli r-razziżmu fil-futbol, dan hekk kif fil-logħba bejn Yeovil Town u Haringey Borough kien hemm rapporti ta’ kant razzist mmirat lejn il-goalkeeper ta’ Haringey.
It-tim fin-naħa ta’ fuq tal-Ingliterra , kien qed jirbaħ b’skor minimu wara penalty ta’ Murphy , meta l-logħba twaqqfet fl-erba’ u sittin minuta.
Il-goalkeeper ta’ Haringey, Douglas Pajetat spiċċa milqut minn bosta oġġetti li waddbulu.
Ftit wara li skorja Murphy, il-logħba ġiet sospiża hekk kif it-tim ta’ Haringey Borough ħarġu mill-grawnd.
Madwar ħamsa u tlettin minuta wara, ġie kkonfermat li l-partita kienet ġiet uffiċjalment abbandunata, bil-BT Sport jirrapporta li Pajetat kien abbużat razzjalment minn viżitaturi tal-partita.