Iċ-ċkejken Kane Debattista jinsab qawwi u sħiħ wara li l-operazzjoni li saritlu fl-Ingilterra kien ta’ suċċess. L-għaqa Puttinu Cares ikkonfermat dan fuq il-paġna uffiċjali tagħha ta’ Facebook, fejn għal dawn l-aħħar jien fakkret lill-pubbliku biex iżomm lil Kane fi ħsibijietu.
Kane jinsab l-Ingilterra biex jingħata t-trattament meħtieġ biex jegħleb il-marda li ħakmitu. Tul l-aħħar jiem, il-midja soċjali kienet mimlija messaġġi ta’ appoġġ u talb għaċ-ċkejken, u bla dubju hawn stennija kbira għal meta jirritorna lura pajjiżna.