Il-Kandidata Nazzjonalista Eve Borg Bonello appellat biex in-nies isarrfu ċ-ċekkijiet li qed jirċievu mill-Gvern u jagħtuh donazzjoni lill-Partit Nazzjonalista.
B’filmat miġbud quddiem il-maduma użata biex il-Partit Nazzjonalista jipprova jiffinanzja l-kampanja elettorali, Eve Borg Bonello għamlet dan l-appell ftit jiem qabel il-Partit Nazzjonalista jagħmel maratona ġbir ta’ fondi oħra ġimgħa qabel l-elezzjoni ġenerali.
Il-Partit Nazzjonalista wkoll qed jgħid li jekk ikun fil-Gvern ser ikun qed jaqta’ għal kollox dan iċ-ċekk ta’ rifużjoni tat-taxxa, b’dawk fuq il-paga minima ma jibbenefikawx mill-iskema ta’ tax credit li qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista.
Għalhekk dan iċ-ċekk li llum qed jipprova jieħdu minn idejn in-nies biex jiffinanzja l-kampanja tiegħu, jista’ jkun l-aħħar ċekk għal persuna b’paga minima jekk il-Partit Nazzjonalista jkun fil-Gvern.