L-għaqda studenteska SDM innominat lis-Segretarju Internazzjonali u kandidat Nazzjonalista Beppe Galea biex ikun membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Kunsill Studenti Universitarji, il-KSU.
Dan fi proċess suppost indipendenti biex jintgħażlu r-rappreżentanti tal-istudenti Universitarji għas-sena li ġejja.
Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, l-għaqda studenteska Pulse kkundannat dan l-aġir. Dan għaliex din hija turija ċara ta ndħil dirett u ċar mill-Partit Nazzjonalista, f’dak li għandu jkun proċess newtrali u mmexxi mill-istudenti stess.
Pulse qalet li l-individwi fil-Kummissjoni Elettorali tal-KSU għadhom ikunu fost l-istudenti, waqt li din tkun newtrali u ’l bogħod mill-partiti politiċi.
Il-kandidat Nazzjonalista Beppe Galea huwa ż-żiemel tal-fazzjoni estremista Nazzjonalista f’Għawdex. Bil-familja Fenech Adami jinsabu wara Galea, rivali tad-deputat Alex Borg.
Bl-istess Beppe Galea jaħdem ukoll fl-uffiċċju tal-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa.