Kandidat Nazzjonalista nstab ħati li ma ddikjarax kemm nefaq flus fil-kampanja elettorali.
Michel Farrugia, li kien wieħed mill-kandidati Nazzjonalisti għall-Kunsilli fl-Imqabba, ġie mixli li naqas milli jgħid kemm nefaq flus fil-kampanja elettorali.
Fil-Qorti ntqal kif il-Kummissjoni Elettorali informat lill-Pulizija dwar in-nuqqas tal-kandidat Nazzjonalista. Farrugia lanqas attenda għas-seduta fil-Qorti u ressaq ix-xhieda tiegħu permezz ta’ affidavit.
Il-Qorti sabet lil Farrugia ħati u mmultatu ħamsin ewro.