Il-kandidat Nazzjonalista fuq is-sitt distrett George Muscat irriżenja mill-Partit Nazzjonalista u sussegwentament irtira l-kandidatura tiegħu minn kandidat Nazzjonalista fuq is-sitt distrett.
Dan ħabbru huwa stess permezz ta’ stqarrija fuq Facebook li fiha saħansitra ppubblika l-email tar-riżenja li bagħat lill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech.
Fi kliem Muscat stess din ir-riżenja ma kinitx xi att impulsiv iżda deċiżjoni li ħaseb fuqha għal elf darba.
Din ir-riżenja hija parti mill-eżodu ta’ riżenji oħra li l-Partit Nazzjonalista baqa’ jaffaċċja, anki taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech.
Ftit tal-ġimgħat ilu, Therese Comodini Cachia, dik li sa ftit xhur ilu il-magħżula biex tieħu f’idejha t-tmun tal-Partit Nazzjonalista wara ribelljoni interna ddeċidiet li tagħlaq il-kapitlu fil-Partit Nazzjonalista u ħabbret li mhux se terġa’ tikkontesta fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Kandidata oħra li rtrat mit-tiġrija qabel saħansitra bdiet kienet Tiffany Abela Wadge. Hija rtirat il-kandidatura tagħha wara li fi spjegat li ħassitha fgatha f’partit deskritt bħala negattiv.
Abela Wadge saħansitra kompliet tispjega li proposti li ressqet dwar is-saħħa tal-mara ġew skartati u totalment injorati mit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.
Apparti l-eżodu ta’ kandidati l-Partit Nazzjonalista qed ibati wkoll biex isib il-voloniera. Filfatt bħalissa l-amministrazzjoni Nazzjonalista tinsab għaddejja bi kruċjata sabiex tipprova ssib biżżejjed siġillaturi għall-Elezzjoni Ġenerali li jmiss.
Wara li kienu ħafna li rrifjutaw li jagħmlu dan ix-xogħol volontarju dakinhar tal-elezzjoni, qed jiġi rrappurtat li l-Partit spiċċa jhedded lill-kunsilliera tiegħu li min ma jgħinx, kien se jitkeċċa minn Kunsillier u sussegwentament jitilfu l-vot fil-Kunsill Ġenerali.
Kummenti li tat persuna milquta minn dan it-theddid lill-opinjonista Dr Simon Mercieca kienu skjetti.
“L-amministrazzjoni Nazzjonalista issa wasslet fuq livell ta’ ħdura u theddid fil-konfront tan-Nazzjonalisti stess.”