Eric Zemmour, il-kandidat tal-lemin estrem għall-elezzjoni Presidenzjali fi Franza spiċċa attakkat fl-ewwel rally tiegħu tal-kampanja elettorali.
Waqt li l-kandidat, li għandu tlieta u sittin sena, kien miexi fil-folla biex jitla fuq il-palk, raġel qabdu minn għonqu għal mument qasir hekk kif l-uffiċjali tas-sigurtà mill-ewwel intervjenew.
Rapporti fil-midja qalu li l-kandidat weġġa’ l-polz u t-tobba tiegħu ordnawlu disat ijiem ta’ mistrieħ.
Zemmour huwa magħruf għall-opinjonijiet kontroversjali tiegħu dwar il-migranti u t-Tieni Gwerra d-Dinjija.