Fost il-176 vittma tat-titjira tal-linja tal-ajru Ukrena li ġġarrfet f’Tehran, l-Iran, ilbieraħ, 82 kienu Iranjani, 36 kienu Kanadizi, u 11 kienu mill-Ukrajna.
Kien hemm ukoll passiġġieri mill-Iżvezja, l-Afganistan il-Ġermanja u r-Renju Unit. 15 minn dawn kienu tfal taħt it-tmintax-il sena.
F’indirizz lill-midja, il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau spjega li għadu mhux magħruf għalfejn kien hemm diversi passiġġieri Kanadiżi abbord din it-titjira partikolari, u filfatt huwa maħsub li l-maġġoranza tagħhom kienu studenti li kienu se jirritornaw id-dar wara l-Festi.
Trudeau temm jgħid li jinsab ixxokkjat u mweġġa’ b’din l-aħbar u li l-Gvern immexxi minnu se jaħdem mal-kollegi internazzjonali tiegħu biex il-każ jiġi investigat kif xieraq.