Il-Kamra tal-Kummerċ laqgħet ukoll b’mod pożittiv il-miżuri mħabbrin fil-Baġit għas-sena d-dieħla u tantiċipa li, fiż-żmien li ġej, dawn se jgħinu qatigħ fit-tkabbir tal-ekonomija, aktar milli diġà hi.
F’kumment li għadda Kevin Rapinett, membru tal-bord tal-maniġment tal-Kamra, esprima s-sodisfazzjon li dan il-baġit qed jagħti għajnuna fil-pagi, isaħħaħ l-għajnuniet soċjali li se jkomplu jinċentivaw aktar flus fil-bwiet tal-familji Maltin u Għawdxin.
Qal, “Għadna kemm smajna lill-Ministru tal-Finanzi jaqra l-Budget għas-sena 2025. Budget li bl-aspett pożittiv tiegħu jieħu numru ta’ miżuri bħal żidiet fil-pagi, il-bands tat-taxxa, l-għajnuniet soċjali, li jinċentivaw, jinċentivaw l-infieq, u allura jinċentivaw il-konsum. B’dan wieħed jistenna illi jkun hemm tkabbir ekonomiku fix-xhur li ġejjin.”