B’investiment ta’ €45,000 ġie inawgurat proġett ta’ mkamra multisensorjali f’Dar Arka, f’Għajnsielem; proġett li sar mill-Fondazzjoni Arka u li ffinanzjah il-Ministeru għal Għawdex.
L-investiment ġie inawgurat mill-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, u mill-Ministru responsabbli mill-Inklużjoni, Julia Farrugia Portelli.
Din il-kamra se tintuża primarjament minn persuni bl-awtiżmu jew bi walunkwe diżabilità oħra u, permezz ta’ apparat speċjali, dawn jitgħallmu abbiltajiet ġodda.
“Din il-multisensory room hija importanti ħafna għal Dar Arka, għaliex fiha r-residenti, speċjalment dawk li jbatu bl-awtiżmu, ikunu jistgħu jużawha għat-terapija tagħhom.”
Il-Ministru Clint Camilleri rrimarka li din il-faċilità ilha eżistenti għal diversi snin, iżda issa nħass il-bżonn li tiġi aġġornata għat-teknoloġija tal-lum. Apparti minn hekk, ġie spjegat li din il-kamra llum hija aktar spazjuża, li tista’ tintuża kemm mir-residenti ta’ Dar Arka kif ukoll minn persuni oħra b’diżabilità .
Il-Ministru Julia Farrugia Portelli qalet li l-Gvern se jkompli jinvesti f’infrastruttura marbuta mal-inklużjoni fil-komunità. Qalety li dan juri kemm il-qasam tal-persuni b’diżabilità jinsab fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Gvern.